Ftit ġimgħat ilu ħafna kienu dawk is-supermarkets Maltin li sabu rwieħhom bi xkafef vojta hekk kif diversi containers ma setgħux jidħlu f’pajjiżna billi l-maltemp wassal sabiex għadd ta’ vjaġġi bejn Malta u Sqallija jiġu kkanċellati.
Din id-darba wħud mis-supermarkets Maltin ħasbu minn qabel u bdew jaħżnu l-prodotti sabiex jiżguraw li hekk kif fis-sigħat li ġejjin pajjiżna se jkun qed jintlaqat minn riefnu u xi maltemp, l-ixkafef ma jerġgħux jisfgħu vojta.
Fosthom hemm is-supermarket LIDL li mal-ġurnal Times of Malta spjega kif b’antiċipazzjoni għal dan it-temp, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żied il-kunsinni ta’ prodotti li beda jimporta sabiex b’hekk jiżgura li l-ixkafef ikunu jistgħu jibqgħu mimlija minkejja t-temp straordinarju.
Facebook / Għaqda Bdiewa Attivi