Suwaida Bugeja U Sean Jenkins Huma R-Rebbieħa Ta' Miss World Malta U Mr World Malta!

Ilbieraħ sar l-avveniment tant mistenni ta’ Miss & Mr World Malta, avveniment organizzat minn Claudia Calleja u Sue Rossi. Numru ta’ tfajliet u ġuvintur kienu qed jissieltu sabiex jirbħu dawn iż-żewġ titli prestiġjużi u b’hekk jirbħu d-dritt li jirrappreżentaw lil Malta f’dawn il-konkorsi li huma segwiti minn tant nies madwar id-dinja.





Il-kuruna ta’ Miss World Malta marret għal Suwaida Bugeja, filwaqt li t-titlu ta’ Mr World Malta mar għal Sean Jenkins. Sean hu wiċċ familjari għal ħafna wara li rajnieh jipparteċipa fuq Love Island Malta u wkoll Koppja Doppja. Żewġ programmi fejn kien qed ifittex l-imħabba. Issa se jkun qed jagħmel avventura kompletament differenti.



F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Suwaida u lil Sean l-isbaħ xewqat. Ninsabu konvinti li issa flimkien mat-tim wara Miss & Mr World Malta, se jkunu qed jaħdmu sabiex jirrappreżentaw lil pajjiżna bl-aħjar mod possibbli.

Awguri Suwaida! Awguri Sean! Morru għamluna kburin!

Facebook / Miss World Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI