Intervistata waqt Kuxjenza, Remenda Grech tirrakkonta kif meta kellha madwar 10 snin skopriet li ommha kienet qed tbati mill-vizzju tad-droga.
Tispjega kif il-familja tagħha għamlet li setgħet sabiex hi ma ssirx taf għaliex ma xtaquhix li tħossha differenti minn ħaddieħor.
Madankollu tistqarr li b’mod speċjali n-nanna tagħha, għamlet li setgħet sabiex tagħtiha l-aqwa u l-aħjar trobbija possibbli.
Remenda b’niket tiftakar kif meta kellha biss 15-il sena tilfet lil ommha. Tirrakkonta kif dak iż-żmien kienet ġiet iffosterjata minn oħtha għaliex f’dawk l-istess żminijiet, in-nanna tagħha bdiet ukoll tbati mid-dimenzja. Sfortunatament, xahrejn ilu stess, Remenda kellha ġġarrab ukoll it-telfa ta’ nannitha.
Remenda se tkun qiegħda taqsam l-istorja tagħha fuq Kuxjenza li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fil-17:30 fuq TVM+.
Kuraġġ, Remenda!
Facebook / Kuxjenza (Maria La Barokka Muscat)