Il-kantant lokali Kevin Borg qasam kelmtejn dwar persuna li dejjem sabha hemm ta’ sostenn f’kull pass fil-karriera tiegħu. Kemm lilha kif ukoll lil żewġha. Kevin isellem il-memorja tas-Sinjura Margot Curmi.
Se jkun qed jonoraha hekk kif se jkanta waqt l-aħħar tislima tagħha.
“B’qalb tqila qed nipprepara l-kanzunetti biex inkanta għall-funeral tas-Sinjura Margot Curmi għada fil-Furjana. Kienet persuna mill-isbaħ u kull darba li ltqajt magħha flimkien ma’ żewġha Arthur kienet tawgurali l-isbaħ xewqat għall-karriera tiegħi u tagħtni appoġġ kbir. Mhux se tkun faċli imma se nagħmel l-almu tiegħi biex nonorak fil-vjaġġ tiegħek minn din id-dinja lejn il-Ġenna.”
Kevin jinsab ċert li s-Sinjura Margot diġà qed tħares fuq il-familjari tagħha, speċjalment f’dan il-mument iebes.
Insellmu l-memorja tas-Sinjura Margot. Strieħ fis-sliem għażiża. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.
Facebook/ Kevin Borg