Il-paġna Pietá Hotspurs FC ferħet lil Kuylon Aquilina, li ser ikollu esperjenza ġewwa l-Italja flimkien ma’ Pescara.
“Wieħed mill-plejers tagħna tal-U17, Kuylon Aquilina, plejer imkabbar fl-akkademja tagħna minn età żgħira, u li jagħmel ukoll parti mit-tim nazzjonali tal-U17, se jkun qed jivvjaġġa lejn l-Italja għal prova ma’ Pescara.”
Apparti minn hekk kitbitlu messaġġ il-kantanta lokali Kaya Gouder Curmi, li tiġi propju l-kuġina tiegħu. Hi tikteb,
“Illum huwa jum kbir għalik, u nħossni tassew emozzjonata li narak titlaq biex issegwi l-ħolma tiegħek fl-Italja. Onestament, jien kburi ħafna bik, mhux biss għal din il-prova, iżda għax-xogħol iebes u s-saħħa kollha li ħadt biex nasal hawn.”
Kaya tkompli, “Mhux faċli li tmur ‘il bogħod mid-dar, imma int kuraġġuż u ħaqqek dan iċ-ċans aktar minn ħaddieħor. Jiġri x’jiġri, diġà għamiltni kburija ħafna.”
Hi tħeġġu biex imur hemm u juri l-passjoni kbira tiegħu f’dak li jagħmel.
Facebook/ Kaya Gouder Curmi