“Tawni sentenza. Prognosi. Data li kellha tkun l-aħħar. Qaluli li se nkun tlaqt tliet xhur ilu. Madanakollu… għadni hawn. Mhux għax ġismi f’daqqa waħda sar b’saħħtu. Ġismi għejja b’diversi modi. Imma l-ispirtu tiegħi għadu ħaj, għax l-imħabba tibqa’ ssibni,” kitbet Derya Satariano fuq il-mezzi soċjali tagħha, li bħalissa qed tiġġieled kontra l-kanċer tas-sider.
Kompliet tispjega, “It-talb tal-familja. Il-preżenza tal-ħbieb tal-qalb tiegħi. L-imħabba ta’ nies li qatt ma ltqajt magħhom, jew iltqajt magħhom ftit ħafna… li xorta jibqgħu jagħżlu jibagħtu d-dawl f’ħajti. Dik it-tip ta’ mħabba tbiddel l-arja madwarek. Issir xelter, qalb tħabbat, raġuni biex tibqa’ ħajja għal ġurnata oħra. Din il-marda hi terminali, m’hemmx kura, allura m’iniex nemmen fl-illużjonijiet – qed naqbad ma’ dak li hu reali.”
Temmen kliemha, “L-unika ħaġa li se nieħdu magħna hi l-imħabba.”
Facebook / Derya Satariano PT