Temp Imdaħħan U Trab Mid-Deżert Bix-xita Mistennija Ġġib Magħha L-Ħamri

Skont il-paġna It-temp madwarna, ir-riħ ftit qawwi min-Nofsinhar (S) reġa’ qed iġib miegħu temp imdaħħan (hazy) fuq il-gżejjer Maltin, flimkien ma’ trab li qed jasal direttament mid-deżert. Sitwazzjoni li ħafna qed jinnutawha, speċjalment fis-sema kemxejn imċajpra u fl-arja aktar tqila mis-soltu.

Għada, il-Ħadd 25 ta’ Jannar, mistennija wkoll xi xita f’ħinijiet differenti tal-ġurnata, l-aktar waranofsinhar. Skont l-indikazzjonijiet, l-ewwel xita se tkun akkumpanjata minn depożiti tal-ħamri — fenomenu magħruf li ħafna drabi jħalli traċċi oranġjo fuq il-karozzi, it-twieqi u dak kollu li jkun espost barra.



Intant, l-aħħar ġimgħa ta’ Jannar 2026 qed tidher li se tkun pjuttost imqallba. Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jibqgħu mirjieħa, b’riħ li jagħmel tiegħu u minn tal-anqas tliet irwiefen oħra mistennija jolqtu lill-gżejjer Maltin sal-1 ta’ Frar.



Aktar dettalji dwar dawn l-irwiefen u kif jistgħu jaffettwaw il-ġranet li ġejjin mistennija jingħataw għada.



Ritratti:

Facebook/ It-temp madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI