Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp taw il-previżjoni tat-temp għal għada. Huma qalu, “Temp previst għal għada t-Tlieta mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant. Riħ tul dan il-lejl forza 5 Xlokk li jsir ħafif mas-sebħ mill-Punent li jsir varju. Temperatura l-ogħola tmiss it-22 °C u l-inqas il-15°C. Indiċi UV 6.”
Permezz ta’ kitba separata taw ukoll it-temp previst għall-jiem li ġejjin fejn qalu, “L-Erbgħa ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b’riħ varju. Temperatura l-ogħla tmiss il-21°C u l-inqas il-15°c. Il-Ħamis ftit imsaħħab b’riħ forza 3 Punent Majjistru. Temperatura l-ogħla tmiss l-20°C u l-inqas l-14°c.”
Għal tmiem il-ġimgħa qalu, “Il-Ġimgħa xemxi b’riħ forza 4 għal 5 Xlokk. Temperatura l-ogħla tmiss it-22°C u l-anqas l-14°c. Is-Sibt xemxi b’riħ forza 3 għal 4 punent Majjistru. Temperatura l-ogħla tmiss il-21°C u l-anqas l-14°c. Il-Ħadd ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b’riħ Majjistral forza 3 għal 4. Temperatura l-ogħla tmiss l-20°C u l-anqas l-14°c.”