Il-paġna Aġġornament Tat-Temp ħabbret it-temp previst għal għada permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Spjegaw, “Temp previst għal għada l-Erbgħa mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar, possibilita` għolja ta’ xi xita tard filgħaxija. Riħ tul dan il-lejl forza 5 lbiċ li jitla’ forza 6 lbiċ u jerġa’ jnaqqas wara nofsinhar. Temperatura l-għola tmiss 17 °C u l-inqas 12°C.”
Żiedu jgħidu, “Infakkru fit-twissija ta’ riħ qawwi li issa ilna nagħtu minn nhar is-Sibt li għadda għal nhar il- Ħamis 29 ta’ Jannar mil-majjistral forza 7 buffuri forza 8. Total ta xita mill-1 ta Settembru 365.7mm. Ġa inqabżet il-medja tax xita għal Jannar.”
Infakkru lil kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa minħabba r-riħ qawwi li qed ikollna bħalissa.
Facebook / Aġġornament tat-temp