Hekk kif qed toqrob il-ġurnata meta jiġi ċċelebrat Jum Il-Kannoli, Benna u Busy Bee ingħaqdu biex jippruvaw jiksru rekord nazzjonali billi joħolqu l-ikbar kannol ta’ Malta. It-tir huwa li jkun kannol daqs 10 metri.
Dan it-tentattiv ser isir ġurnata qabel Jum il-Kannoli, jiġifieri nhar il-Ħadd 15 ta’ Ġunju mid-09:30 ta’ filgħodu ‘l quddiem barra l-kafetterija ta’ Busy Bee fl-Imrieħel.
Ladarba r-rekord ikun inkiser, il-kannol jinqata’ f’biċċiet iżgħar u jinbiegħ, u l-qligħ kollu mill-avveniment se jmur għal Puttinu Cares.
