Jacob Cachia, żagħżugħ li meta kellu biss 15-il sena kellu infezzjoni f’moħħu li ħallietu b’diżabilità, rebaħ il-Premju Socjetà Ġusta ta’ din is-sena.
Iż-żagħżugħ jgħin ħafna familji għaddejin minn żmien diffiċli permezz tal-kafeterija, Jacob’s Brew, f’Marsaskala. Jacob jagħti persentaġġ mid-dħul tal-ħanut lill-għaqda Survivors Malta.
F’post fuq Facebook, Jacob qal:
“Mod sabiħ biex nagħlaq is-sena 2021 u rigal sabiħ, għalkemm tard, għall-għeluq snini. Ħassejtni nervuż ħafna sakemm ma rċivejt l-premju imma ninstab ferħan ħafna. Tfakkarni f’kemm hawn nies jemmnu fija u f’dak kollu li nagħmel. Grazzi lil kulħadd talli dejjem emmnu fija u ssaportjawni u l-familti f’kull aspett!”
Rebbieħa oħra inkludew Żebbug Rangers FC Youth Nursery għall-partiċipazzjoni attiva fl-isport, arti u kultura u l-Malta Federation of Organisations Persons with Disability (MFOPD) għax-xogħol biex jsaħħu d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, Oliver Scicluna rebħet l-premju Lifetime Achievement fis-settur tad-diżabilità u Farsons Group rebħu l-premju għall-iktar post tax-xogħol inklużiv.
Nawguraw lil Jacob tal-ħidma tiegħu u talli jkompli jġhin permezz tal-idea Pay It Forward: