Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta Laura Bruno – Rebħet L-Għanja Tal-Poplu Lura Fl-2024

Laura Bruno

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Laura Bruno. Nafuha wkoll tipparteċipa f’diversi produzzjonijiet teatrali, fosthom Żeża tal-Flagship.

Minn snin ilu Laura involviet ruħha fix-xena lokali. Lura fl-2024 hi rebħet L-Għanja tal-Poplu, bil-kanzunetta Għażiża.



Fl-aħħar snin hi kantat is-sigla tas-sensiela Nostalġija, fejn anke kellha xi partijiet żgħar bħala attriċi. Il-mużika bil-lingwa Maltija huwa sinonimu ma’ Laura, u kienet tkellmet dwar dan anke f’intervista ta’ sentejn ilu.



“Li tkanta bil-lingwa Maltija huwa unur u preġju, għax il-lingwa tagħna hi unika u melodjuża, b’saħħitha, u li tqanqal l-emozzjonijiet.”

F’isem Gwida nixtiequ nawgurawlha. Żgur li ħa tibqa’ magħrufa għall-kontribuzzjonijiet kif ukoll għall-preżenza eċċellenti tagħha fid-dinja tal-arti!

 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI