Omm ta’ żewġt itfal, fosthom tifel ta’ 8 snin li jbati bl-awtiżmu, qasmet storja magħna ta’ Gwida.mt, storja li ġrat proprju lbieraħ! L-omm tgħidilna li minħabba l-kundizzjoni tiegħu, it-tifel ma jistax jesprimi ruħu sew iżda lbieraħ tista’ tgħid li rnexxielu jsalva żewġ persuni wara li ġibidilha l-attenzjoni.
L-omm tgħidilna li lbieraħ xi l-erbgħa ta’ waranofsinhar, it-tifel kien qed jilgħab fil-living room tal-apparatament tagħhom u żewġ persuni nqabdu ġol-lift. Hi kienet żewġ kmamar ‘il bogħod u ma b’hekk ma kienet semgħat xejn avolja min inqabad ġol-lift beda jdoqq l-alarm.
It-tifel mar fuq ommu biex jindikala li kien hemm xi ħaġa qed iddejqu u spiċċa sakemm ressaqha lejn il-bieb ta’ barra u baqa sakemm resaq lejn il-lift. L-omm irnexxielha tisma’ l-ħoss hi wkoll u rrealizzat li kien proprju dan il-ħoss li qed idejqu.
Kif l-omm ħabtet mal-lift, irrealizzat li hemm xi nies maqbuda fih u rnexxielhom jiftħu l-lift permezz ta’ ċavetta apposta. L-omm tgħidilna, “kieku ma kienx ibni baqgħu hemm ġew għax fil-komun ħadd ma kien induna bihom.”
Aħna ngħidu prosit lil dan eroj ċkejken.