Jumejn ilu, Angele qasmet storja ta’ tifel ta’ erba’ snin li bħalissa jinsab jissielet kontra l-marda tal-kanċer. Għal dawn it-tfal, sitwazzjoni bħal din dejjem tkun diffiċli iżda tul din il-pandemija, forsi xi ftit aktar.
Angele kitbet, “Tifel ta’ erba’ snin li għandu kanċer u bħalissa għaddej mill-chemo therapy jixtieq toys ta’ Fireman Sam. Dan it-tifel daqt għandu l-birthday. Għall-ewwel ma bediex jrrispondi sew għat-trattament però issa qed juri xi riżultati. Hawn xi ħadd li għandu? Anke xi kostum tal-karnival ta’ dan l-istess karattru. Grazzi ħafna.”
Ilbieraħ Angele talbet għat-talb għal dan iċ-ċkejken għax jidher li ma kienx jinstab daqshekk tajjeb! Nittamaw li ma jdumx ma jeqleb għall-aħjar u jkollu ċans jilgħab b’dak li verament jixtieq fil-jiem li ġejjin grazzi għall-ġenerożità tagħkom.
Facebook / Angele Camilleri