Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Publju Floriana sellmu l-memorja ta’ Graziella Castillo li ħallliet din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “Illum tajna tislima xierqa lil Graziella, Segretarju tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u organista. Graziella kienet ukoll tagħti kontribut fuq din il-paġna. Grazzi, Graziella! Il-ġemgħa li nġabret illum hija xhieda li l-ħajja qasira tiegħek ħalliet impatt biżżejjed biex tispirana kuljum. Il-Mulej u San Publju jżommuk fl-għożża għal dejjem!”
Graziella mietet ta’ biss 47 sena, jumejn qabel għeluq sninha. Kienet Direttriċi tal-Aġenzija Appoġġ li ħadmet ferm fil-qasam soċjali. Kienet ukoll membru attiv tal-parroċċa hekk kif serviet bħala Segretarja tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Insellmu l-memorja tagħha.