Xeni Ta' Qsim Il-Qalb Ta' Omm Il-Plejer Diogo Jota Wara Li Tilfet Liż-Żewġ Uliedha F'Salt

Fil-funeral li seħħ illum tal-plejer Portugiż Diogo Jota spikka fost oħrajn il-biki ta’ omm il-plejer li bħalissa qed iġġarrab it-telfa taż-żewġ uliedha li t-tnejn spiċċaw tilfu ħajjithom flimkien fl-istess inċident tat-traffiku.

Dan hekk kif Diogo Jota kien qiegħed fil-karozza flimkien ma’ ħuh André Silva fil-ħin tal-inċident b’konsegwenza li t-tnejn tilfu ħajjithom fl-istess ħin.

Diversi ritratti li qed iduru fuq il-midja soċjali juru l-weġgħa tal-omm b’ħafna jsemmu li se jkun diffiċli għall-familja sabiex tirpilja minn din it-traġedja.

Miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja qed joffru l-kondoljanzi tagħhom u qed iselmu għall-aħħar darba l-memorja ta’ Diogo Jota li tant kien magħruf għas-sehem tiegħu fit-tim nazzjonali tal-futbol Portugiż kif ukoll fit-tim tal-Liverpool.

Ritratti: YahooMen’s Journal u Facebook / Men In Blazers







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI