Titjira tal-easyjet minn Malaga għal Gatwick, Londra, daret lura hekk kif passiġġiera ta’ 89 sena li kienet tidher għajjiena u ma tiflaħx, insabet mejta fuq l-ajruplan.
Ħames membri tal-familja ta’ din il-passiġġiera wassluha sal-ajruplan f’siġġu tar-roti u għenuha titla fis-siġġu tagħha. Il-familja qalu lill-ħaddiema fuq l-ajruplan li l-mara kienet qed tħossha għajjiena u ma tiflaħx. Qabel ħallewha titla’ fuq l-ajruplan il-ħaddiema staqsew lill-membri tal-familja tal-mara kemm-il darba dwar il-kundizzjoni tagħha għaliex rawha li kienet qiegħda f’kundizzjoni ħażina ħafna. Meta l-ajruplan beda miexi bil-mod biex tibda t-titjira, il-ħaddiema rrealizzaw li l-passiġġiera kienet mietet ftit wara li telgħet fuq l-ajruplan.
Bosta esprimew diżappunt li din il-passiġġiera tħalliet titla’ fuq l-ajruplan f’din il-kundizzjoni. Easyjet spjega li l-appoġġ qed jingħata lil kull min kien affettwat f’din il-ġrajja.