Tittieħed Id-Deċiżjoni Li Pitbull Għandu Jiġi Distrutt Wara Attakk Fatali Fuq Kelb

Skont sorsi riċenti il-Qorti ordnat li kelb tar-razza pitbull għandu jiġi distrutt wara li attakka u qatel kelb ieħor f’inċident li seħħ f’Lulju li għadda.

Massimo Rizzoglio, ta’ 56 sena resident is-Swieqi, instab ħati li naqas milli jżomm il-kelb tiegħu taħt kontroll. Fil-Qorti ntqal kif il-pitbull kien qed jimxi mingħajr ċinga f’post pubbliku, filwaqt li sidu kien miexi ftit metri warajh biċ-ċinga f’idejh.

Sid il-kelb li safa vittma rrakkontat il-mument trawmatiku meta l-pitbull attakka lill-kelb tagħha b’mod aggressiv ħafna quddiem għajnejha. Minkejja l-għajjat u l-intervent ta’ xi ġirien, il-kelb miet ftit wara għand veterinarju b’kawża ta’ ġrieħi serji li sofra.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li n-negliġenza tal-imputat wasslet għal sitwazzjoni serja li setgħet kellha konsegwenzi agħar kieku weġġgħu l-persuni.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ordnat li dan il-kelb għandu jiġi distrutt u imponiet multa ta’ €6,000 fuq sidu.







Ritratti:

Ritratti/ Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI