“Tlabna Mhux Għalina Biss, Imma Għal Kull Min, F’Dan Il-Mument Stess, Qed Jerfa’ S-Salib Tqil Ta’ Xi Marda … Il-Mard Ma Jagħmilx Distinzjoni” – Bjorn Formosa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa qasam ħsieb mas-segwaċi tiegħu rigward il-qawwa tat-talb.

Beda billi qal, “Ilbieraħ inġbarna u tlabna flimkien ġewwa DAR Bjorn. Tlabna mhux għalina biss, imma għal kull min, f’dan il-mument stess, qed jerfa’ s-salib tqil ta’ xi marda. Il-mard ma jagħmilx distinzjoni.”

Żied jgħid, “Kemm jekk hi ALS, kanċer, jew mard rari… il-piż huwa l-istess. L-ebda bniedem m’għandu jgħaddi minn dan id-dlam fil-waħx u s-solitudni. Illum, minflok inħarsu biss lejn is-salib, ejjew inkunu aħna ċ-Ċirinew ta’ xulxin. It-talb jagħti l-kuraġġ, u l-imħabba tagħti d-dinjità.”







Ritratti:

Facebook/Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI