Tliet Snin Ilu Ħalliena L-Attur Lokali Veteran Victor Grech – Jibqa’ Magħruf Fost L-Oħrajn Għas-Sehem Tiegħu F’Ipokriti

Tliet snin ilu, 18 ta’ Jannar 2023, tħabbret il-mewt tal-attur veteran lokali Victor Grech li kellu 96 sena. Victor kien miżżewweġ lill-attriċi veterana lokali Mary Grech.

Ħafna żgur li jiftakru lil Victor jaħdem il-karattru ta’ Sander fis-sensiela Ipokriti li kienet popolari ferm fis-snin disgħin fuq l-istazzjon nazzjonali.



Barra minn hekk konna rajnieh fis-sensiliet F’Baħar Wieħed, Kristu Fl-Iżbarra, Dejjem Tiegħek Becky u One Star Hotel fost l-oħrajn.



Hu kien deher fuq il-palk għall-ewwel darba fl-1945 u minn hemm qatt ma ħares lura. Barra sensiliet lokali, Victor anke deher f’xi films li nħadmu ġewwa pajjiżna.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja ta’ Victor Grech. Insellmulek għażiż.



Ritratti:

M3p

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI