Mietet Enrica Bonaccorti, preżentatriċi, attriċi tal-lirika Taljana. Enrica kienet figura magħrufa ħafna fix-xandir Taljan.
Skont rapporti fil-midja, hi mietet wara battalja kontra l-kanċer tal-frixa, dijanjosi li kienet żvelat pubblikament f’Settembru tal-2025.
Enrica bdiet il-karriera tagħha fit-teatru fis-snin sittin, fejn ħadmet ma’ artisti bħal Paola Quattrini u Domenico Modugno, qabel daħlet fix-xena taċ-ċinema, tar-radju u tat-televiżjoni.
Fis-snin tmenin saret waħda mill-aktar personalitajiet popolari fuq it-televiżjoni Taljana u fl-1987 rebħet il-premju Telegatto bħala Personalità Femminili tas-Sena.
Fl-1991 ippreżentat l-ewwel edizzjoni tal-programm popolari Non è la Rai u aktar tard il-kompetizzjoni mużikali Vota la Voce ma’ Red Ronnie.
Tistrieħ fis-sliem din l-ikona Taljana, Enrica Bonaccorti. Żgur li din hi telfa li ħassewha bosta.