Tqum Diskussjoni Hekk Kif It-Tibdila Ta’ AIDAN Hija Simili Ta’ Tibdila Li Libes Marco Mengoni F’Sanremo

Illum AIDAN kellu l-ewwel prova fuq il-palk iżda qabel tela’ għall-ewwel prova fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest, AIDAN diġà kien żvela t-tibdila uffiċjali tiegħu, mossa li immedjatament qajmet diskussjoni fost il-partitarji.

Id-dehra tiegħu mal-ewwel ġabet paragun ma’ dehra li Marco Mengoni kien libes waqt il-festival ta’ Sanremo, tibdila li kienet ġie attribwita mill-arkivju ta’ Versace mill-kollezzjoni Menswear Spring/Summer tal-1993. L-influwenza tidher fl-estetika teatrali li tispikka.

Fuq il-midja soċjali, ħafna nnutaw ix-xebh evidenti, filwaqt li oħrajn apprezzaw il-fatt li AIDAN qed iġib referenza vintage f’kuntest modern. Il-fatt li t-tibdila ġiet żvelata qabel il-prova żiedet aktar l-antiċipazzjoni dwar il-kanzunetta Maltija fuq il-palk!

Għal ħafna din hi għażla intelliġenti. Mhix biss kwistjoni ta’ stil, imma wkoll ta’ impatt u AIDAN jidher li qed jifhem sew kif juża l-moda biex joħloq mument memorabbli anke qabel ma tibda l-kompetizzjoni proprja.







Ritratti:

Instagram / AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI