Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Qwiebel, Nathan Zahra Piscopo, l-ewwel ġuvni f’Malta li qed jaħdem f’dan il-qasam, qasam messaġġ sinċier dwar l-esperjenza tiegħu f’din il-professjoni importanti.
Nathan irrimarka kif din is-sena għandha tifsira speċjali għalih, hekk kif qed jiċċelebra l-ewwel sena tiegħu f’din il-professjoni. Huwa spjega li l-uniformi tiegħu tfisser ħafna aktar minn sempliċi titlu, tirrappreżenta responsabbiltà, fiduċja, reżiljenza u kompassjoni.
Hu enfasizza kif, minkejja l-pressjoni u x-xogħol intensiv ta’ kuljum, il-qwiebel jibqgħu hemm biex jappoġġjaw u jieħdu ħsieb lill-ommijiet u lill-familji tagħhom f’mumenti kruċjali u vulnerabbli. Nathan semma wkoll realtà importanti fuq livell globali, in-nuqqas ta’ qwiebel. Huwa nnota li d-dinja teħtieġ madwar miljun aktar, u dan juri kemm dan l-irwol huwa essenzjali u kemm għandu bżonn aktar appoġġ.
Fil-qalba ta’ kollox, hu qal li l-għan ewlieni tiegħu jibqa’ wieħed sempliċi, li kull mara tħossha aktar b’saħħitha u appoġġjata milli kienet qabel. Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi awgura lill-kollegi kollha tiegħu u rringrazzja lil kull mara li afdathom biex ikunu parti minn din il-vjaġġ importanti fil-ħajja tagħha, filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku jappoġġja l-inizjattiva “One Million More Midwives”.