Dan Il-Prodott Huwa Kkontaminat Bil-Listeria Monocytogenes – M’Għandux Jinxtara

Salamun

Skont il-Kapitlu 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mal-irwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċeviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bil-Listeria monocytogenes.

Is-sintomi tal-infezzjoni bil-Listeria monocytogenes jistgħu jinkludu sintomi ħfief simili għall-influwenza, jew sintomi gastrointestinali bħal dardir, rimettar u dijarea.



Ritratt: Id-Dipartiment Tal-Informazzjoni



F’każijiet rari, l-infezzjoni tista’ tkun aktar severa, u tikkawża kumplikazzjonijiet serji. Xi nies huma aktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet bil-Listeria monocytogenes, inklużi nisa tqal, trabi, u nies b’sistema immunitarja baxxa, inklużi l-anzjani.

Il-perjodu ta’ inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni inizjali u l-ewwel sintomi li jidhru) huwa ta’ medja ta’ tliet ġimgħat iżda jista’ jvarja bejn tlett ijiem u 70 jum.



  • Ditta: Deluxe
  • Prodott: “Salmone Affumicato Norvegese con pistacchio
  • Numru tal-lott: LC22606501
  • Użin: 100g
  • Data ta’ durabbiltà minima: 21/04/2026

Ritratt: Id-Dipartiment Tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI