Trevor Zahra Jingħata Unur Għall-Karriera Artistika Mill-Kunsill Malti Għall-Arti

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ferħu ma’ Trevor Zahra li riċentament ingħata unur.

Huma qalu, “Il-Kunsill Lokali jixtieq iwassal l- awguri lil Trevor Zahra għall-Unur għall-Karriera Artistika li ngħata reċentement mill-Kunsill Malti għall-Arti. Aħna niftaħru bil-kontribut straordinarju tiegħu lejn il-letteratura u l-kultura Maltija. Il-kliem tiegħu ilu snin isebbaħ il-ħajja ta’ ħafna qarrejja, u jaqdi bħala ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet kbar u żgħar.”

Żiedu, “Inħossuna kburin naraw persuna b’talent u dedikazzjoni bħal tiegħu tirċievi dan l-unur mistħoqq, u nawgurawlu aktar snin mimlijin suċċess, ħolqien u ispirazzjoni. Prosit u grazzi ta’ dak kollu li tagħti lill-komunità u lill-pajjiż kollu.”







Ritratti:

Facebook/Trevor Zahra

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI