Tribut Fuq Filmat Li Jfakkar Il-Wirt Ta’ Marylu Coppini – Henry Zammit Cordina

Henry Zammit Cordina qasam tifkira sabiħa b’tifħir lejn Marylu Coppini, li ħallietna lejlet il-Milied.

It-tribut huwa parti minn intervista tas-sensiela Close Up, iffilmjata 33 sena ilu, li tiffoka fuq il-film Treasure in Malta (1963).

Close Up kienet sensiela dokumentarja mxandra fl-1992 fuq it-televiżjoni nazzjonali MaltijaXandir Malta, fi żmien ir-rebranding tagħha bħala PBS. Is-sensiela kienet imexxija minn Tony Parnis u Raymond A. Grech u miktuba u prodotta minn Malcolm Scerri Ferrante.

Malta tilfet attriċi kbira  imma l-wirt artistiku tagħha jibqa’ ħaj fil-memorja kollettiva tagħna.




Telqet din artna, iżda qatt minsija. Strieħ fis-sliem, Marylu 🕊️





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI