Tristan B Mixli Bi Frodi – Fost L-Allegati Vittmi Jissemmew Ira Losco, Kurt Calleja, Gianluca Bezzina U Mary Spiteri

Il-kantant Immanuel Balzan, magħruf fix-xena lokali bħala Tristan B, ġie mixli b’allegat frodi li fih qed jissemmew numru ta’ kantanti Maltin magħrufa. Fost l-allegati vittmi jissemmew Ira Losco, Kurt Calleja, Gianluca Bezzina, Mike Spiteri, Catherine Vigar, Moira Stafrace u Mary Spiteri. Huwa qed jiġi allegat ukoll li ġew iffalsifikati firem fuq irċevuti u dokumenti relatati ma’ diversi negozji u entitajiet.

L-investigazzjoni bdiet wara rapport minn persuna li allegat li kienet għaddietlu flus bl-impressjoni li dawn kellhom jintużaw biex jitħallsu taxxi pendenti. Il-Pulizija rċeviet ukoll ilment ieħor dwar fondi li allegatament inġabru għall-organizzazzjoni ta’ kunċert b’tifkira ta’ persuna li kienet mietet.

Balzan ġie arrestat ilbieraħ l-10 ta’ Settembru u tressaq il-Qorti llum 11 ta' Settembru. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tiegħu hekk kif il-każ ikompli. L-akkużi fil-konfront ta’ Balzan għadhom allegazzjonijiet u huwa meqjus innoċenti sakemm u jekk jinstab ħati.

Ritratti:

Facebook / Immanuel Balzan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI