“Nirringrazzjawh Tal-Ħidma, Id-Dedikazzjoni U L-Impenn Tiegħu” – Awguri Lil Dun Michael Zammit F’Għeluq Sninu

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ilbieraħ wassal l-isbaħ xewqat lill-Kappillan Kan. Michael Zammit fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, filwaqt li rringrazzjah għall-ħidma tiegħu fi ħdan il-parroċċa u l-komunità Luqija.

“Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jixtiequ jawguraw għeluq sninu mill-isbaħ lill-Kappillan Kan. Michael Zammit,” kiteb il-Kunsill.

Fl-awguri tiegħu, il-Kunsill irrikonoxxa wkoll id-dedikazzjoni ta’ Dun Michael lejn il-lokalità. “Nawgurawlu ħafna snin oħra mimlija saħħa, ferħ u barka, u nirringrazzjawh tal-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn tiegħu lejn il-Parroċċa u l-komunità Luqija.”

Minn Gwida.mt, ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Dun Michael għeluq sninu mill-isbaħ u ħafna aktar snin ta’ saħħa u ħidma fost il-komunità.

Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali Luqa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI