“Twissija Ta’ Riħ Qawwi Għal Qawwi Ħafna… Illum Il-Biċċa L-Kbira Msaħħab U Ċans Ta’ Xi Raxxa Xita Dalgħodu.” – Mid-Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Mid-Djajru Tat-Timba tgħaddi aġġornament tat-temp importanti. Huma jiktbu, “Illum doppja! Bongu. Mela nibda bi twissija! Twissija ta’ riħ qawwi għal qawwi ħafna! Riħ mix-Xlokk mistenni li jitqawwa mill-Ħadd wara nofsinhar għal Forza 5, u matul il-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn ikompli jiżdied fl-intensità għal Forza 8, b’buffuri li jistgħu jkunu aktar fejn jaqbel.”

Huma jżidu, “Min għandu dgħajjes sorguti/marbuta Wied il-Għajn, Marsaxlokk u B’Buġibba huma l-aktar vulnerabbli. Morru ċċekkjaw il-ħbula! Ovvjament il-kumplament tal-poplu jieħu ħsieb il-pariri tas-soltu li nagħti: qsari, għotjien tat-tankijiet, pannelli, pparkjar taħt siġar, eċċ. Dan ir-riħ għat-Tnejn.”

Ma’ dan jgħidu wkoll it-temp għal illum il-Ġimgħa, “Illum il-biċċa l-kbira msaħħab u ċans ta’ xi raxxa xita dalgħodu. Ċans ta’ xi ħalba xita f’xi nħawi jiżdied matul il-jum hekk kif jiżdiedu l-arjaijiet li joqorbu lejna, aktar lejn filgħaxija u matul il-lejl. Dejjem ħudu ħsieb, agħtu kas u iddiskutu b’mod prudenti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI