Il-brand Maltija Twistees reġgħet ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk li jħobbu jnaqqru xi ħaġa, b’introduzzjoni ġdida u distintiva – it-Twistees Truffle Limited Edition.
F’post riċenti fuq il-midja soċjali, Twistees Malta ħabbru din it-togħma ġdida b’messaġġ li qajjem il-kurżità, “Togħma li mhux se ssibha kuljum. Twistees Truffle Limited Edition – indulġenza f’kull gidma.”
Din l-edizzjoni limitata qed toffri esperjenza differenti minn dak li mdorrijin bih, hekk kif it-togħma tat-truffle, magħrufa għall-karattru distint tiegħu, qed jingħaqad mat-Twistees. Il-kombinazzjoni twiegħed li toħloq bilanċ interessanti bejn snack popolari u togħma aktar gourmet.
Twistees, li ilu snin twal favorit mal-Maltin, jidher li qed ikompli jesperimenta b’togħmiet ġodda biex iżomm l-interess tal-konsumaturi u joffri xi ħaġa unika fis-suq lokali. Edizzjonijiet limitati bħal din ħafna drabi joħolqu ħeġġa fost il-partitarji tal-brand, li jkunu ħerqana jippruvaw togħmiet differenti qabel jisparixxu mill-ixkafef.
Għal dawk li jħobbu snacks b’karattru aktar sofistikat, it-Twistees Truffle jista’ jkun eżatt dak li qed ifittxu, esperjenza ġdida li tgħaqqad il-familjarità ma’ twist eleganti.
Jidher li din l-edizzjoni limitata se tkun waħda li ħafna se jkunu jridu jittestjaw kemm jista’ jkun malajr… qabel tispiċċa!
Facebook / Twistees Malta