Il-paġna Waqt il-quddiesa tal-lum f’Ħadd il-Palm, l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa ċelebrazzjoni li matulha sar it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ. Fl-omelija tiegħu, hu ffoka fuq il-kliem ta’ Pietru mir-rakkont tal-Passjoni tal-Mulej, meta, minħabba l-biża’, jiċħad lil Ġesù aktar minn darba. L-Arċisqof jispjega kif Pietru kien għadu ma fehemx li l-imħabba ta’ Ġesù kienet se twasslu sas-salib, u li proprju hemmhekk “l-imħabba tiegħu tkun ir-rebħa fuq il-mewt”. L-Arċisqof jistedinna nirriflettu jekk tassew nafu lil Ġesù, “u jekk ma nafuhx biżżejjed, nitolbu l-grazzja f’dawn il-ġranet qaddisa, biex insiru nafuh iżjed. U niltaqgħu miegħu bħala s-Salvatur tagħna.”
” U Jekk Ma Nafuhx Biżżejjed Nitolbu L-Grazzja F’Dawn Il-Ġranet Qaddisa” L-Arċisqof Charles Scicluna