Ilkoll nafu kemm Clifford Galea japprezza l-kultura u jagħtiha importanza kbira. Japprezza anke t-tradizzjonijiet lokali bħal dawk tal-Ġimgħa l-Kbira.
Mhux l-ewwel darba li ta sehmu, iżda din is-sena qata’ xewqa li dejjem kellu, dik li jilbes ta’ Ruman.
“U qtajna xewqtna wkoll. Ilbist bosta lbies fil-Ġimgħa l-Kbira tan-Naxxar, imma kien baqa’ ta’ Ruman. Grazzi lill-Familja Attard tal-opportunità speċjalment lil Martin Attard. Lil Lino Mallia tal-għajnuna u lil Kristu Rxoxt ta’ jum sabiħ.”
Qasam anke ritratti meħudin f’din l-esperjenza unika. Prosit!