Uffiċjalment Bdejna L-Istaġun Tar-Rebbiegħa

Uffiċjalment issa ninsabu fl-istaġun tar-Rebbiegħa fejn il-ġranet jibdew jitwalu. Iżda propjament meta bdiet ir-rebbiegħa? Ilbieraħ 20 ta’ Marzu jew illum il-21? Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tkellmu dwar l-Ekwinozju tar-Rebbiegħa.

“Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu għall-ħabta tal-3:46pm jiftaħ uffiċjalment l-istaġun tar-rebbiegħa tal-2026,” huma kitbu. “Dan hekk kif id-dinja tasal f’punt fil-mixja orbitali tagħha madwar ix-xemx li jissejjaħ ekwinozju vernali (Vernal Equinox). Il-kelma ekwinozju ġejja mill-Grieg u tfisser ‘equal night’. Dan peress li darbtejn fis-sena, jiġifieri fl-ekwinozju tar-rebbiegħa (20-21 ta’ Marzu) u dak tal-ħarifa (21-23 ta’ Settembru), il-jum u l-lejl ikunu preċiżament indaqs.”

Huma komplew jispjegaw, “Fl-ekwinozji, ir-raġġi tax-xemx ikunu direttament fuq l-ekwatur (equator) tad-dinja, u kemm fl-emisfera ta’ fuq kif ukoll dik t’isfel, il-lejl u n-nhar ikunu ndaqs – prattikament fiż-żoni ta’ madwar id-dinja kollha. Dan ix-xenarju jikkuntrasta ferm mas-solstizji (tax-xitwa u tas-sajf) fejn fil-latitudnijiet estremi nsibu jew 24 siegħa ta’ jum jew inkella 24 siegħa ta’ lejl.”

“Dawn il-fenomeni huma possibbli minħabba l-inklinazzjoni fil-pern tad-dinja f’angolu ta’ madwar 23.5° li tippermetti staġuni differenti, li allura jfissru wkoll temp differenti matul ix-xhur tas-sena.”







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI