Velja Għall-Mewġa Attwali Ta’ Qtates Maqtula F’Malta

Fl-aħħar ftit ġimgħat, Malta kienet ixxukkjata minn mewġa ta’ atti ta’ krudeltà u qtil fuq qtates madwar il-gżira, speċjalment fiż-żona tal-Gżira u Tas-Sliema.

Bis-saħħa ta’ diversi rapporti u filmati tas-CCTV, il-pulizija qed tinvestiga biex taqbad il-ħati jew ħatja.

Illejla se ssir velja fi Triq is-Salvatur Tas-Sliema fit-8:30pm, b’tifkira tal-qtates maqtula u biex turi reżistenza kontra l-krudeltà fuq l-annimali. Il-velja qed tiġi organizzata mir-RAR – The Real Animal Rights Foundation.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI