Vera Li L-Isvezja Se Tiddikjara S-Sess Bħala Sports? – Qlajja Li Waslet Għal Diversi Reazzjoni Fuq Il-Mezzi Soċjali!

Ftit snin ilu, l-internet sploda b’aħbar li dehret kważi impossibbli: li l-Iżvezja kienet se tagħmel is-sess sport uffiċjali, b’kompetizzjoni, ġurija u kollox! Issa jidher li din l-aħbar qed tingħata l-ħajja għal darb’oħra! Imma qabel tibda timmaġina Olimpjadi b’kategoriji ġodda… ejja naraw x’ġara tassew.

Fl-2023, raġel fl-Iżvezja applika biex jirreġistra organizzazzjoni bl-isem ta’ “Swedish Sex Federation” bħala assoċjazzjoni sportiva. L-idea tiegħu kienet li s-sess jiġi rikonoxxut bħala sport bħall-oħrajn. Iva veru, applika b’mod uffiċjali.

Imma hawn tidħol il-parti importanti: l-applikazzjoni ġiet miċħuda. L-awtoritajiet sportivi Żvediżi ma aċċettawx is-sess bħala sport u ma taw l-ebda status uffiċjali lil din il-“federazzjoni”. Allura kif spiċċajna b’titli li jgħidu li “l-Iżvezja għamlet is-sess sport”?

Sempliċi! L-internet għamel li jaf jagħmel l-aħjar – esaġera. Xi siti ħadu l-applikazzjoni u ppreżentawha bħallikieku kienet diġà ġiet approvata. U minn hemm, l-għajdut mar virali madwar id-dinja.

Fil-verità, ma kien hemm l-ebda deċiżjoni uffiċjali, l-ebda kampjonat nazzjonali, u żgur l-ebda medalja tad-deheb fuq il-palk. Storja li tibda b’applikazzjoni waħda u tispiċċa bħala “breaking news” globali — klassika tal-era tal-midja soċjali.

Morali tal-istorja? Qabel temmen aħbar li tidher wisq straordinarja… forsi ħares ftit lejn il-fatti!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI