Il-kantant lokali Victorio Gauci qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali hekk kif hu u martu Rossana qed jiċċelebraw 13-il sena miżżewġin. F’din l-okkażjoni speċjali, Gauci rrifletta fuq il-vjaġġ li għaddew minnu flimkien, vjaġġ li, kif qal hu stess, mimli bi gratitudni u ferħ.
Fil-messaġġ tiegħu, Victorio faħħar lil Rossana mhux biss bħala martu, iżda wkoll bħala omm straordinarja għat-tfal tagħhom, u enfasizza l-imħabba, is-saħħa u l-appoġġ li dejjem urietu tul is-snin. Hu ddeskriva kif il-preżenza tagħha f’ħajtu kienet sors ta’ stabbiltà u mħabba f’kull pass li għamlu flimkien bħala familja.
Il-kantant għalaq il-messaġġ tiegħu b’tislima pożittiva lejn il-futur, billi ċċelebra l-mumenti sbieħ li diġà qasmu flimkien u esprima t-tama tiegħu għal ħafna aktar mumenti sbieħ li għad iridu jiġu. Victorio temm billi qal kemm hu grat li Rossana hija parti minn ħajtu.
Nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba, hena u kuntentizza flimkien bħala familja.
Facebook / Victorio Gauci