“Wara 3 Ġimgħat Ma Niflaħx, 10 Iljieli L-Isptar U Ħafna Mediċina Issa Qed Nerġa’ Nħossni Aħjar!” – Matt Blxck

Fuq il-midja soċjali l-kantant lokali Matt Blxck żvela li sfortunatament matul dawn l-aħħar tlett ġimgħat ma kienx f’siktu tant li kellu jiddaħħal l-isptar darbtejn u jqatta’ għaxart iljieli hemmhekk.

Il-kantant jistqarr li minħabba f’hekk ix-xahar ta’ Frar għalih kien wieħed diffiċli ferm u kien għalhekk li appella lin-nies sabiex igawdu kull mument ta’ ħajjithom.

Matt Blxck esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema fost oħrajn ta’ Mater Dei għall-kura u l-attenzjoni li tawh matul dawn l-aħħar ġimgħat.

Żvela li issa li qed jerġa’ jieħu saħħtu lura se jkun qed jirritorna għall-karriera mużikali tiegħu.







Ritratti:

Facebook / Matt Blxck u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI