“Wara Sena Ta’ Taħriġ U Preparazzjoni….Bdejt Fl-Isptar Ta’ Mater Dei Bħala Tabib Buffu Bl-Isem Ta’ Dr.Brushes” – Johann Aguis

Johann Aguis, jaqsam filmat mal-udjenza tiegħu fejn qed jiċċelebra 10 snin volontarjat bħala tabib buffu fl-isptar tat-tfal.

Huwa jgħid “Wara sena ta’ taħriġ u preparazzjoni psikoloġika, f’Jannar tas-sena 2016 bdejt fl-isptar ta’ Mater Dei għall-ewwel darba bħala tabib buffu bl-isem ta’ Dr.Brushes.”

Ikompli,”Huwa rnexxielu jibqa’ ħaj wara tħabit u sfidi, għadda mill-Master’s, mill-pandemija, u minn żmien diffiċli fejn kienkontinwament l-isptar waqt il-kura ta’ missieru… u xorta għadu magħna.”
Li nkun parti minn din l-organizzazzjoni għadu jagħtini sens ta’ sodisfazzjon u kburija li diffiċli nispjegah. Xejn ma jista’ qatt jissostitwixxi l-esperjenza li ġġib tbissima jew daħka fuq wiċċ ta’ tifel jew tifla fuq sodda tal-isptar.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI