Wara Tfulija Sħiħa Tiġi Bbuljata Minn Tfal Oħrajn, Jirnexxielha Tikseb Diploma Avvanzata

Intervistata fuq Kuxjenza, Iona Saillard li llum il-ġurnata għandha 25 sena titkellem dwar it-tfulija diffiċli li kellha hekk kif fl-iskola primarja, b’mod regolari, kienet tiġi bbuljata minn tfal oħrajn. Tirrakkonta kif dejjem kienet issib ruħha waħedha tibki u tolfoq tant li matul is-snin spiċċat ukoll mardet mentalment.

“Kont immur id-dar nibki u ma kontx inkun irrid immur l-iskola… rajt li dawn għandhom klikka sħiħa ta’ ħbieb u jien l-unika tifla nistaħba taħt il-ġugarelli biex noqgħod nibki waqt il-brejk,” stqarret Iona mal-preżentatriċi Maria La Barokka.

Snin wara dawn l-esperjenzi xejn pjaċevoli li Iona kellha tgħaddi minnhom, illum il-ġurnata b’reżiljenza liema bħalha, irnexxielha tikseb Diploma Avvanzata mill-Mcast u apparti minn hekk hi wkoll soprano b’talenti kbar.







Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI