“Waslitilna L-Aħbar Tat-Telfa Tal-Għażiż Joe Gatt…Ħadem Mill-Qrib Ma’ Mons Victor Grech” – Caritas Malta

Il-Paġna soċjali ta’ Caritas Malta ttella din l-aħbar kerha, it-telfa ta’ Joe Gatt, li kien jaħdem bħala l-ewwel kordinatur ta’ New Hope project fi ħdan il-Caritas.

“Waslitilna l-aħbar tat-telfa tal-għażiż Joe Gatt, l-ewwel kordinatur ta’ New Hope project fi ħdan Caritas. Ħadem mill-qrib ma’ Mons Victor Grech biex għandna s-servizzi li għandna llum. Ta’ kontribut kbir biex ġie mwaqqaf il-PIP (Prison Inmates programme). Joe serva wkoll bħala membru tal-bord ta’ Foundation for the Rehabilitation of Drug Abusers (Caritas, Malta). Joe huwa meqjus bħala pilastru fis-servizzi ta’ riabilitazzjoni. Bniedem dedikat, li tant ħabb u tant kien maħbub mir-residenti. Ġentlom, bniedem ta’ ġenerożità u integrità kbira u role model ta’ x’jiġifieri tgħix l-esperjenza fil-Caritas bħala vokazzjoni. Joe mhu se ninsew qatt dak li għamilt magħna. Nitolbu għal ruħek u għall-għażiża martek Josephine u l-familja tiegħek kollha, f’dan il-mument ta’ telfa.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI