X'Għandek Tkun Taf Fuq Il-Virus Parvo Li Qed Jattakka L-Klieb! Dawn Huma S-Sintomi

Mhemm l-ebda lok għall-alarm iżda tajjeb li wieħed ikun jaf fuq virus li qiegħed jattakka il-klieb. Jekk inti sid ta’ kelb tajjeb li tieħu nota ta’ dawn:

  1. Qis li l-kelb tiegħek hu mlaqqam bil-boosters li hemm bżonn (kull sena).
  2. Prova tħalliex il-kelb ixammem il-ħmieġ ta’ klieb oħrajn u oħroġ il-kelb tiegħek fejn hemm bżonn biss. 
  3. Aħsel tajjeb is-saqajn u l-idejn tal-kelb tiegħek sewwa u kull darba li toħroġ mid-dar.
  4. Jekk tara xi sintomu ta’ diarrhoea jew il-kelb qed jirremetti kkuntatja lill-veterinarju. Dakinhar toħroġx il-kelb ħalli ma jmarradx il-klieb oħra. 
  5. Jekk tisma l-kelb tiegħek b’dawn is-sintomi bil-lejl tistenniex sal-għada. 

Canine Parvovirus (Parvo) jista’ jaffetwa l-klieb kollha imma l-aktar f’riskju huma l-ġriewi u dawk il-klieb li mhumiex imlaqqmin. Aqra din l-informazzjoni u xerridha.  





Pexels.com



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI