X'Qed Ibassar L-Editur Richard Horton Minn The Lancet Dwar Il-Vaċċin Għall-Covid-19?

Fuq il-paġna Ġaħan Online ġie mtella’ dak li editur minn ġurnal mediku fl-Ingilterra qal rigward il-vaċċin għall-Covid-19.

Richard Horton jidher li jemmen li l-vaċċin jista’ jkun għadu xi ftit ‘il bogħod. Fil-fatt qed jistenna li mhux se jkun magħna matul din is-sena u kull wieħed u waħda minnha jeħtieġ li nibqgħu attenti.

Hemm miktub li hu jagħti anke idea dwar kif hu mistenni li jkun il-mudell tal-istess vaċċin. “F’intervista esklussiva maċ-China Global Television Network, Richard Horton qal li dak li hu magħruf dwar il-virus s’issa huwa limitat iżda meta jiġi żviluppat vaċċin dan se jkun fuq mudell bħal dawk li jintużaw għall-influwenza”.





Jekk hux se jiġri eżatt kif qal dan l-editur Ingliż qatt ma nistgħu nkunu mija fil-mija ċerti, iżda l-avviż biex kulħadd jibqa’ jgħix ma’ dan il-pandemija jibqa’ validu.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI