Fuq il-midja soċjali omm iddispjċuta appellat għal iżjed attenzjoni wara li minħabba nuqqas ta’ ħsieb ta’ ħaddieħor bintha sfat b’saqajha fergħuta waqt li kienet qiegħda f’ħarġa ma’ tal-iskola.
L-omm tispjega kif bintha rifset aċċidentalment ħadida li ntremiet minn xi ħadd fl-inħawi tal-Mistra u b’konsegwenza t’hekk għamlet ferita f’saqajha.
“Jekk jogħġobkom darb’oħra aħsbu naqra fil-konsegwenzi għaliex setgħet ġiet ħafna agħar,” temmet tappella l-omm.
Facebook / Malta, News, Photos & People