"Żewġ Pilastri F'Ħajti U Li Dejjem Għallmuni Valuri Sodi U Tajbin" – Il-Membru Parlamentari Justyne Caruana Ssellem Lill-Ġenituri Tagħha

Il-Membru Parlamentari Justyne Caruana sellmet lil ommha u lil missierha f’dan il-jum għażiż għall-familja tagħhom. Il-ġenituri ta’ Justyne kienu ngħaqdu fiż-żwieġ nhar it-2 ta’ Lulju u hi ħadet iċ-ċans sabiex tawguralhom f’dan il-jum speċjali.





Hi ħalliet messaġġ qasir mimli mħabba lejn il-ġenituri tagħha, “Awguri fl-okkażżjoni tal-anniversarju taż-żwieg t’ommi u missieri. Żewġ pilastri f’ħajti u li dejjem għallmuni valuri sodi u tajbin. Inħobbkom ħafna ħafna.”



Kliem tassew ħiereġ mill-qalb. Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lill-ġenituri tagħha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollhom sena mill-isbaħ mimlija ħafna saħħa u kuntentizza.

Facebook / Justyne Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI