Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, inxtered messaġġ li kiteb it-tim tad-Dipartiment tal-Emerġenza wara d-donazzjoni sabiħa li ġabru b’risq din il-komunità li kontinwament taħdem bla waqfien biex tkun hemm għall-pazjenti.
“€1,449 miġbura mit-tim fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Aħna tassew kburin bikom. L-organizzaturi tal-Bike Ride mid-Dipartiment tal-Emerġenza b’risq Puttinu Cares jixtiequ jesprimu l-aktar ringrazzjament sinċier u apprezzament mill-qalb tagħhom lil kull min għamel dan l-avveniment possibbli.
Nestendu l-akbar gratitudni tagħna lill-Isptar Mater Dei u lid-Dipartiment tal-Emerġenza talli appoġġjaw din l-inizjattiva ġeneruża.”
Huma jkomplu, “Li tara lil kulħadd jingħaqad flimkien għal kawża daqshekk denja kien tassew ta’ ispirazzjoni… Fl-aħħar nett, nesprimu l-gratitudni immensa tagħna lil Puttinu Cares u l-għadd kbir ta’ individwi li jappoġġjaw.”
Prosit!
Facebook/ Puttinu Cares