L-attur Gino Lombardi kiteb messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali biex jibgħat awgurju speċjali lil bintu Nicole fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.
Gino jfakkar il-mument uniku meta twieldet bintu u kif dik il-ġurnata bidlet ħajtu għal dejjem.
“Meta JIEN kelli 34 sena d-dinja sbieħet qatigħ għax twieldet dil-mara, Nicole, li llum hija omm ukoll. Għadni niftakar kull mument minn dik il-ġurnata,” kiteb l-attur.
Huwa żied ukoll li kemm hu kif ukoll ommha jibqgħu jirringrazzjaw lil Alla għall-wasla tagħha, li “żejnithom” ħajjithom b’mod speċjali.
“Ommok u jien niżżu ħajr ‘l Alla li ġejt iżżejnilna ħajjitna. Il-qalb tajba, l-ispirtu sabiħ li tirażmetti jagħmluk persuna partikolari, miġjuba u maħbuba minn kulħadd.”
Awguri sinċieri lil Nicole f’dan il-jum speċjali!
Facebook/ Nicole Mifsud Lombardi