Danita fuq il-mezzi soċjali tagħha taqsam id-data ta’ meta hija u r-raġel tagħha qalu iva lil xulxin. Hi tikteb, “10 snin, qas nemmen. Inħares lejn ir-ritratti tal-ġurnata tat-tieġ u nerġa’ nħoss l-emozzionijiet kollha. Nerġa’ niftakkar f’kemm pjannajna t-tieġ u malli ħriġna mill-knisja għadna, ‘tant ħadna pjaċir iċ-ċerimonja li nistgħu mmoru d-dar!'”
Hi tkompli, “Iż-żwieġ mhux faċli u meta tkun opposti aktar. Meta jiġu t-tfal il-paġna terġa’ tinqeleb u terġa’ tiskopri l-ġdid fuq żewġek li mingħalik taf bl-amment. Iż-żwieġ mhux jiltaqa’, iż-żwieġ trid taħdem għalih. Iż-żwieġ trid tikommunikalu, trid tħallih ħaj, trid tagħmel saġriffiċji.”
Danita żżid, “Kemm rajna nies iħassru, u dejjem ngħidu, ‘għadna nferfru!’ J’alla nibqgħu nferfru, alavolja kultant ngħidu ‘aħjar wahedna.’ Ma nammettux, ma naċċettawhiex għax it-tnejn li aħna naqra ‘proud’ però ma noqogħdux mingħajr xulxin… naħseb. Awguri għall-għaxar wieħed raġel għal ħafna aktar. Blajtu llejla għax qiegħda bih!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Danita u Drew l-isbaħ xewqat!