Nadine Galea, waħda minn dawk il-persuni li xhur ilu ħarġet pożittiva għall-Coronavirus. Hi lbieraħ kitbet fuq il-midja soċjali, il-problemi li qed tiltaqa’ magħhom.
Hi kitbet, “11-il xahar mill-‘irkupru’, u fil-biċċa l-kbira tal-ġranet kollha kulma nista’ nxomm huwa duħħan, filwaqt li minn xahrejn ilu, l-abjad tal-bajd beda jintiegħem bħall-metall. Jagħli demmi meta n-nies jiġu u joqogħdu inqas minn 2 metri ‘l bogħod minni mingħajr maskra jew imniħirhom imdendel fuq il-maskra tagħhom. Dan mhux xi ċajta.”
Hi tkompli tistqarr li hi ħadet il-virus meta kienet fuq titjira ta’ tmien sigħat fejn ma kienx għad hemm restrizzjonijiet, id-dinja kienet għadha miftuħa u ma kienx hemm lockdowns. Hi żżid li anqas l-ilbies tal-maskri ma kien obbligatorju.
Hi tagħlaq billi tagħmel appell, “jekk jogħġbok uża l-informazzjoni li fortunatament għandna issa u żomm lil dawk ta’ madwarek siguri!”