“Waqt Dawn Iż-Żminijiet Ta’ Xita Ta’ Drama U Marketing Politiku, Infakkrek Tagħfas Unfollow, Mute Jew Fejn Ikun Hemm Bżonn, Block” – Johan Mifsud

Johan Mifsud kiteb post fuq Facebook li żgur se jkun ta’ parir tajjeb għal ħafna hekk kif dħalna fi żmienu fejn ninsabu bbumbardjati politikament.

“Waqt dawn iż-żminijiet ta’ xita ta’ drama u marketing politiku (mhux kulħadd), nfakkrek tagħfas il-buttuna unfollow, mute jew, fejn hemm bżonn, block,” hu kiteb.

“Jekk tixtieq tkun taf x’inhu jiġri, alloka ftit ħin kuljum fejn tkun tista’ taqra x’ġara, jew inkella segwi l-aħbarijiet. Moħħna mhux magħmul biex jara din l-informazzjoni kollha f’daqqa, ġurnata sħiħa! Hu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek.”

Hu kompla jgħid, “U fl-aħħar nett! f’ġieħ il-bambin…tiggilidx ma’ sħabek fuq politika jew familja. Kulħadd għandu opinjoni nirrispettaw lil xulxin.”







Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI