Glen Vella qed ifakkar mument speċjali fil-karriera tiegħu hekk kif għaddew 15-il sena minn meta rebaħ il-il-Malta Eurovision bil-kanzunetta One Life fuq kompożizzjoni ta’ Paul Giordimaina u kliem ta’ Fleur Balzan. Hemm beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-Eurovision fil-Ġermanja.
F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Vella kiteb, “One Life. Illum tagħalaq 15-il sena… għal dejjem grat għal dan il-vjaġġ sabiħ fil-karriera tiegħi. Nixtieq xorti tajba lill-parteċipanti kollha u lil dawk kollha involuti fil-MESC ta’ din is-sena.”
Ir-rebħa tiegħu kienet mument kruċjali li fetaħ kapitlu ġdid fil-mużika Maltija, u sal-lum tibqa’ mfakkra bħala vjaġġ li ħalla impatt qawwi fuq il-karriera tiegħu. Fl-istess ħin, Glen awgura x-xorti t-tajba lill-parteċipanti u lil dawk kollha involuti fl-edizzjoni ta’ din is-sena.
Facebook / Glen Vella